L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metaboliżmu bħala mhux disponibbli. Meta se tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tiġi sottomessa sat-13 ta’ Lulju 2015 jew, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.