L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar ċerti provi ta´ residwi, il-metodu analitiku, il-metaboliżmu, l-istabbiltà tal-ħażna u l-proprjetajiet tossikoloġiċi ta´ 3-kloroanilin bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk tiġi sottomessa sa 30 ta’ Jannar 2016, jew, jekk din l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.