L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi u studju dwar l-għalf ta´ ruminanti li jaħilbu bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk tiġi sottomessa sa 30 ta’ Jannar 2016, jew, jekk din l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.